Ħu ħsieb ħaddieħor

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għan-nies vulnerabbli

Hellow tfal!

It-tissues huma fraġli. Faċli ħafna li jiċċarrtu. Aħseb f’xi ħadd li taf, jew gruppi ta’ nies, pereżempju, dawk li huma morda, anzjani jew bla dar, li jistgħu jħossuhom fraġli jew vulnerabbli minħabba x-xjuħija jew għax għandhom kundizzjoni medika. Minħabba dan isiru iktar vulnerabbli għax ġisimhom ma jkunx jiflaħ jirreżisti l-mard. Huwa importanti li tkun sensittiv għall-bżonnijiet u tipproteġi nies vulnerabbli u dgħajfa.

  • Ħu tissue u fuqha ikteb jew pinġi stampa ta’ tama jew ikteb talba għan-nies li huma vulnerabbli minħabba l-mard jew ix-xjuħija.
  • Żomm it-tissue fil-but jew fil-komodina tiegħek biex tfakkrek taħseb fihom u titlob għalihom.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.