Mhux faċli li taħseb affarijiet pożittivi dwar l-oħrajn. Għandna bżonn l-għerf speċjalment meta niltaqgħu ma’ nies li nsibuha aktar diffiċli minn oħrajn biex naħsbu affarijiet tajbin u kwalitajiet sbieħ fihom. Tista’ taħseb f’xi persuna hekk? Jista’ jkun xi ħadd id-dar, fil-familja tiegħek jew fl-iskola.
- Aħseb f’din il-persuna u pprova sib tliet affarijiet tajbin dwarha.
- Ikteb dawn it-tliet affarijiet fuq karta forma ta’ qalb u poġġieha fid-dixx. Tiktibx ismijiet.
- Issa li ħsibt dwar dawn l-affarijiet tħossok differenti meta taħseb f’din il-persuna?
- Ħu waħda mill-konfetti li hemm mferxin madwar id-dixx u tkellem ma’ Alla biex jgħinek taħseb f’ affarijiet tajbin dwar l-oħrajn.