Beatitudnijiet: l-Għerf

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-għerf t'Alla

Mhux faċli li taħseb affarijiet pożittivi dwar l-oħrajn.  Għandna bżonn l-għerf speċjalment meta niltaqgħu ma’ nies li nsibuha aktar diffiċli minn oħrajn biex naħsbu affarijiet tajbin u kwalitajiet sbieħ fihom.  Tista’ taħseb f’xi persuna hekk? Jista’ jkun xi ħadd id-dar, fil-familja tiegħek jew fl-iskola.  

  • Aħseb f’din il-persuna u pprova sib tliet affarijiet tajbin dwarha.
  • Ikteb dawn it-tliet affarijiet fuq karta forma ta’ qalb u poġġieha fid-dixx. Tiktibx ismijiet.
  • Issa li ħsibt dwar dawn l-affarijiet tħossok differenti meta taħseb f’din il-persuna?
  • Ħu waħda mill-konfetti li hemm mferxin madwar id-dixx u tkellem ma’ Alla biex jgħinek taħseb f’ affarijiet tajbin dwar l-oħrajn. 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.