“Nixtieq li kieku ma għamiltx …” “Jiddispjaċini li …” “Mhux għal tal-apposta …” Xi kultant in-nies jgħidulna u jagħmlulna affarijiet li jweġġgħuna bihom. Hemm xi ħadd li weġġgħek? Qed tħossok imweġġa’? Bl-għajnuna t’Alla, aħna nistgħu nagħżlu li naħfru lill-oħrajn.
- Jekk trid, aħseb f’xi ħadd li tixtieq taħfrilu/a għal xi ħaġa li biha weġġgħajt.
- Fuq il-biċċiet tal-karti pprovduti, ikteb il-kelma ‘naħfirlek’ bil-biro jew bil-marker.
- Poġġi l-karta fl-ilma u waqt li tara il-kliem jisparixxi aħseb dwar kif tħossok meta jaħfrulek u meta taħfer.
- Irringrazzja lil Alla li jaħfirlek kollox u itolbu jgħinek taħfer lil dawk li weġġgħuk bi kliemhom jew b’ għemilhom.