F’Malta l-isem ta’ San Vinċenz de Paul hu marbut ħafna mal-isptar u d-dar tal-anzjani f’Ħal Luqa, iżda dan l-isem mhuwiex popolari biss f’Malta.
Is-Soċjetà ta’ San Vinċenz de Paul, fil-fatt, hija għaqda Kattolika internazzjonali bl-għan primarju li toffri servizzi personali lill-foqra u lil dawk fil-bżonn. Din is-soċjetà hi magħrufa għall-bejgħ t’affarijiet li jingħatawlhom b’donazzjoni biex jaqilgħu l-flus u jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom aħjar. Barra minn hekk, jorganizzaw ukoll programmi differenti fl-implimentazzjoni tas-servizzi soċjali.
San Vinċenz de Paul beda wkoll grupp għall-qassisin u beda wkoll kongregazzjoni ta’ sorijiet, magħrufa aħjar bħala s-Sorijiet tal-Karità. L-għan taż-żewġ gruppi hu li jgħinu lil dawk l-aktar abbandunati fis-soċjetà.
San Vinċenz għen lill-fqar u lill-ħabsin, skont it-tagħlim ta’ Ġesù.