Ġieli kont qed taħdem fuq xi ħaġa u tibda tħossok għajjien u ma tistax tikkonċentra? Ġesù stieden lill-appostli biex jistrieħu ftit. Hawn jgħallimna li huwa importanti li taħdem iżda huwa importanti wkoll li tistrieħ.
- Ifrex tapit u mtedd ċatt mal-art bil-cushion taħt rasek ħalli tkun komdu, u għamel ftit tal-ħin fil-kwiet. Jekk jiġi xi ħsieb ħallih għaddej.
- Ibqà hemm għal żewġ minuti. Tistà tuża ukoll xi silta ta’ mużika ta’ żewġ minuti biex ma toqgħodx taħseb fil-ħin.
- Kif tqum, għid talba biex tfaħħar lil Alla tal-ħajja sabiħa li tana mimlija xogħol u mistrieħ f’bilanċ ta’ ġid għalina.