Mistrieħ

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ħajja bilanċjata

Ġieli kont qed taħdem fuq xi ħaġa u tibda tħossok għajjien u ma tistax tikkonċentra? Ġesù stieden lill-appostli biex jistrieħu ftit. Hawn jgħallimna li huwa importanti li taħdem iżda huwa importanti wkoll li tistrieħ. 

  • Ifrex tapit u mtedd ċatt mal-art bil-cushion taħt rasek ħalli tkun komdu, u għamel ftit tal-ħin fil-kwiet. Jekk jiġi xi ħsieb ħallih għaddej.  
  • Ibqà hemm għal żewġ minuti. Tistà tuża ukoll xi silta ta’ mużika ta’ żewġ minuti biex ma toqgħodx taħseb fil-ħin. 
  • Kif tqum, għid talba biex tfaħħar lil Alla tal-ħajja sabiħa li tana mimlija xogħol u mistrieħ f’bilanċ ta’ ġid għalina.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.