Fl-ewwel Milied, Marija u Ġużeppi, għaddew minn esperjenza ta’ vjaġġ twil sakemm waslu Betlem. Matul il-vjaġġ ħassewhom għajjenin ħafna u għaddew minn qtigħ il-qalb. Imma minkejja dan kollu l-vjaġġ spiċċa sabiħ ħafna għax twieled Ġesù Bambin.
- Aħseb f’esperjenza f’ħajtek li matulha ħassejtek għajjien/a u qed taqta’ qalbek, iżda fl-aħħar ħassejtek sodisfatt/a.
- Irrifletti ftit u ftakar minn dak li għaddejt u ma’ xiex iltqajt bħal nies, oġġetti u sitwazzjonijiet.
- Jekk trid ħu karta, pinġi jew ikteb xi ħaġa li tfakkrek f’din l-esperjenza u rringrazzja ‘l Alla li għaddejt minnha.