Il-vjaġġ tal-Milied

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex ma naqtgħux qalbna

Fl-ewwel Milied, Marija u Ġużeppi, għaddew minn esperjenza ta’ vjaġġ twil  sakemm waslu Betlem. Matul il-vjaġġ ħassewhom għajjenin ħafna u għaddew  minn qtigħ il-qalb. Imma minkejja dan kollu l-vjaġġ spiċċa sabiħ ħafna għax  twieled Ġesù Bambin. 

  • Aħseb f’esperjenza f’ħajtek li matulha ħassejtek għajjien/a u qed taqta’  qalbek, iżda fl-aħħar ħassejtek sodisfatt/a.  
  • Irrifletti ftit u ftakar minn dak li għaddejt u ma’ xiex iltqajt bħal nies, oġġetti  u sitwazzjonijiet.  
  • Jekk trid ħu karta, pinġi jew ikteb xi ħaġa li tfakkrek f’din l-esperjenza u  rringrazzja ‘l Alla li għaddejt minnha.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.