Ħelow tfal!
Fl-għaxra ta’ Frar aħna l-Maltin niċċelebraw il-festa ta’ meta San Pawl u sħabu waslu Malta wara li l-vapur li kienu fuqu tkisser mal-gżejjer Maltin. Permezz ta’ San Pawl aħna sirna nafu lil Ġesù u sirna parti mill-familja ta’ Alla l-Missier. Dan ġara għaliex il-Maltin ta’ dak iż-żmien laqgħu bil-ħlewwa lil San Pawl u lil dawk kollha li kienu salvaw mill-għarqa u kif nsibu miktub fil-Bibbja qabbdulhom ħuġġieġa għaliex kien il-bard.
Il-maltin ta’ dak iż-żmien juruna kemm għadna nkunu attenti għall-bżonnijjiet tal-oħrajn fosthom għal dawk li jkunu ħarbu minn pajjiżhom ħabba xi gwerra, għal dawk fostna li jgħixu fil-faqar u għal dawk li ma għandhomx saqaf taħt xiex jistkennu.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha – Dar tal-kartun u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi taħseb f’ nies li jgħixu fil-faqar u li m’għandhomx dar. Għalkemm forsi jgħixu f’pajjiżi bħal Malta xorta m’għandhomx fejn jorqdu bil-lejl.
Pawza ta’ 5 sekondi
Idhol fil-kaxxa tal-kartun u aħseb kif tħossok li kieku trid tgħix u torqod dejjem f’din il-kaxxa barra fil-kesħa u l-bard.
Wara li toħroġ mill-kaxxa jew tikteb talba fuq il-kaxxa stess jew fuq karta b’forma ta’ dar. Itlob lil Alla għat-tfal, żagħżagħ u persuni oħra li jgħixu fil-faqar barra fit triq, sabiex isibu min jgħinhom u joffrilhom kenn.
Pawza ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.