Dar tal-kartun

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-faqar

Ħelow tfal!

Fl-għaxra ta’ Frar aħna l-Maltin niċċelebraw il-festa ta’ meta San Pawl u sħabu waslu Malta wara li l-vapur li kienu fuqu tkisser mal-gżejjer Maltin.  Permezz ta’ San Pawl aħna sirna nafu lil Ġesù u sirna parti mill-familja ta’ Alla l-Missier.  Dan ġara għaliex il-Maltin ta’ dak iż-żmien laqgħu bil-ħlewwa lil San Pawl u lil dawk kollha li kienu salvaw mill-għarqa u kif nsibu miktub fil-Bibbja qabbdulhom ħuġġieġa għaliex kien il-bard.  

Il-maltin ta’ dak iż-żmien juruna kemm għadna nkunu attenti għall-bżonnijjiet tal-oħrajn fosthom għal dawk li jkunu ħarbu minn pajjiżhom ħabba xi gwerra, għal dawk fostna li jgħixu fil-faqar u għal dawk li ma għandhomx saqaf taħt xiex jistkennu.

Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha – Dar tal-kartun u għaliha għandna bżonn:

  • kaxxa tal-kartun kbira jew kartun biex tifforma kaxxa bih
  • markers
  • u jekk trid karta b’forma ta’ dar

Ibda billi taħseb f’ nies li jgħixu fil-faqar u li m’għandhomx dar. Għalkemm forsi jgħixu f’pajjiżi bħal Malta xorta m’għandhomx fejn jorqdu bil-lejl.

Pawza ta’ 5 sekondi 

Idhol fil-kaxxa tal-kartun u aħseb kif tħossok li kieku trid tgħix u torqod dejjem f’din il-kaxxa barra fil-kesħa u l-bard.

Wara li toħroġ mill-kaxxa jew tikteb talba fuq il-kaxxa stess jew fuq karta b’forma ta’ dar.  Itlob lil Alla għat-tfal, żagħżagħ u persuni oħra li jgħixu fil-faqar barra fit triq, sabiex isibu min jgħinhom u joffrilhom kenn.

Pawza ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.  

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.