Żbarazza

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għaċ-ċertezza

Il-aħwa tiegħi kemm ġenn! Daniel il-ħabib tal-qalb tiegħi ġej għandi bla ħsieb u għandi l-kamra tiegħi mimlija mbarazz, kollox ta’ taħt fuq, karti, kaxxi li ili biex narmi żmien, ħwejjeġ u iktar.  

Qatt ġralkom bħali?  Biex tgħaxxaq ommi bdiet tirrabja u waqt li bdiet tarmili l-imbarazz li ħallejt jiġri fin-nofs.

qaltli: “Ma tistħix idaħħlu hawn lanqas post fejn joqgħod ma għandu daqs kemm hawn imbarazz?” 

Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha – Żbarazza u għaliha għandna bżonn:

  • Biċċiet tal-karti rough jew xi biċċiet tal- kaxxi taċ-ċereali jew tat-te.

Ibda billi taħseb f’dak li għandek bżonn tiżbarazza fil-kamra ta’ ġewwa tiegħek – f’qalbek.  It-tempju fejn jagħmmar Alla.

Ikteb jew pinġi dawn l-affarijiet, ħsibijiet u azzjoijiet li għandek bżonn tarmi biex tibda’ tagħmel post fejn jista’ joqgħod Alla.

Wara li tgħaffeġ u tarmi dawn il-karti ser titlob lil Alla jgħinek biex ssib il-kuraġġ u tagħmel spazju għalih f’ħajtek u f’qalbek.

Pawza qasira miġburin fit-talb.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.  

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.