Il-aħwa tiegħi kemm ġenn! Daniel il-ħabib tal-qalb tiegħi ġej għandi bla ħsieb u għandi l-kamra tiegħi mimlija mbarazz, kollox ta’ taħt fuq, karti, kaxxi li ili biex narmi żmien, ħwejjeġ u iktar.
Qatt ġralkom bħali? Biex tgħaxxaq ommi bdiet tirrabja u waqt li bdiet tarmili l-imbarazz li ħallejt jiġri fin-nofs.
qaltli: “Ma tistħix idaħħlu hawn lanqas post fejn joqgħod ma għandu daqs kemm hawn imbarazz?”
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha – Żbarazza u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi taħseb f’dak li għandek bżonn tiżbarazza fil-kamra ta’ ġewwa tiegħek – f’qalbek. It-tempju fejn jagħmmar Alla.
Ikteb jew pinġi dawn l-affarijiet, ħsibijiet u azzjoijiet li għandek bżonn tarmi biex tibda’ tagħmel post fejn jista’ joqgħod Alla.
Wara li tgħaffeġ u tarmi dawn il-karti ser titlob lil Alla jgħinek biex ssib il-kuraġġ u tagħmel spazju għalih f’ħajtek u f’qalbek.
Pawza qasira miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.