Ħelow Tfal!
Nimmaġina li ġie li smajtu xi ħsejjes tal-annimali bħal xi kelb jinbaħ, xi għasfur ipespes jew xi nemusa żżarżar. L-annimali huma parti mill-ħolqien t’Alla u lill-bniedem Alla tah il-missjoni li jieħu ħsiebhom u l-ħolqien kollu.
Dawk it-tfal li għandhom xi annimal domestiku żgur li jafu kif wieħed għandu jieħu ħsieb qattusa, kelb, għasfur jew xi ħuta. Fl-1 t’Ottubru niċċelebraw l-festa ta’ Santa Tereżina ta’ Lisieux. Fil-familja tagħha kellhom annimal domestiku, kelb kannella li kien jismu Tom. Tereżina flimkien ma’ ħutha kienu jieħdu ħsiebu flimkien billi jagħtuh l-ikel u jieħduh xi passiġata.
Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Bow Wow Simpatiku Tom. Għaliha għandna bżonn:
Immaġina li tinsab ġo żoo jew razzett u waqt li tħares lejn il-folja bl-istampi ta’ annimali differenti, aħseb ftit ma’ liema annimal tqabbel lilek innifsek? Għaliex? Fuq il-folja “Jiena nqabbel lili nnifisi ma’….”, ikteb l-għażla tiegħek u għalfejn.
Ikteb jew pinġi talba biex tirringrazzja lil Alla talli ħalaq l-annimali, għażilna biex nieħdu ħsiebhom u wkoll nitgħallmu minnhom.
Saħħa ħbieb! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!