Illum ser nsibu: l-iġmla
Naħsbu:
Għidna li l-għorrief damu ħafna biex waslu ħdejn Ġesù. Ma kienux jaslu kieku kellhom jimxu dik it-triq kollha. Kellhom bżonn l-għajnuna u din l-għajnuna sabuha fl-iġmla tagħhom. Huma rikbu fuqhom u ħaduhom ħdejn Ġesù.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Intom ukoll issibu l-għajnuna biex taslu għand Ġesù. Min huma dawk in-nies li jgħallmuk dwar Ġesù? (ġenituri, nanniet, saċerdoti, katekisti, għalliema tar-reliġjon). Tkellmu bejnietkom dwar kif issibu l-għajnuna minn dawn in-nies.
Talba:
Grazzi Ġesù ta’ dawk kollha li jgħinuni nsir nafek aktar. Grazzi tal-għajnuna kollha li nirċievi mingħandhom. Illum nixtieq li nitlob għalihom, biex ma jaqtgħux qalbhom u jibqgħu jgħallmu aktar tfal u kbar dwarek.
Azzjoni:
Agħmel kartolina għall-katekist/a tiegħek u minbarra li tawguralu/a l-Milied it-tajjeb, irringrazzjah/a li jgħallmek/tgħallmek dwar Ġesù.
Diska:
Inkantaw: We three kings