Illum ser nħarsu lejn: in-nar
Naħsbu:
Minjaf kemm il-Madonna, inkwetat li Ġesù tarbija jiksaħ! Żgur li staqsiet lil San Ġużepp iqabbad in-nar biex isaħħan l-istalla. X’aktarx anke r-rgħajja kellhom xi ħuġġieġa nar biex iżommhom sħan matul il-lejl.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Illum il-festa ta’ Santa Luċija. Bħal-lum fil-pajjiżi fejn jiċċelebraw il-festa tagħha, jinxtegħlu ħafna xemgħat, għax il-festa hija assoċjata mad-dawl. Aqraw aktar dwar din il-qaddisa hawnhekk.
Talba:
Ġesù, inti d-dawl li turina dak li għandna nagħmlu. Aħna rridu li dejjem nibqgħu nimxu fit-triq li turina inti. Spirtu s-Santu agħtina l-għerf biex dejjem nagħżlu t-triq li jurina Ġesù.
Azzjoni:
Il-kulur aħmar tan-nar, ifakkarna fl-imħabba. Agħmlu qlub ħomor. Fuq waħda iktbu Ġesù, fuq l-oħrajn iktbu l-ismijiet ta’ dawk in-nies li tħobbu. Żejnuhom sbieħ u dendluhom mas-siġra tal-Milied.
Diska:
Kanta d-diska: Light of the world