Illum ser nsibu: in-nagħaġ
Naħsbu:
In-nagħaġ jissemmew ħafna drabi fil-Bibbja, u l-Poplu ta’ Alla ġieli hu mqabbel magħhom. In-nagħaġ huma annimali fidili, kalmi u kwieti. In-nagħaġ għandhom ħafna paċenzja u huma annimal umli.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Jingħad li n-nagħaġ jagħrfu leħen ir-ragħaj tagħhom. Ir-ragħaj tagħna huwa Ġesù. Tkellmu dwar kif tistgħu tisimgħu leħen Ġesù. Fejn tisimgħuh?
Talba:
Itlob Salm 23
Azzjoni:
Illum ara li żżomm il-kalma, tkun kwiet u turi ħafna paċenzja ma’ dawk ta’ madwarek.
Diska:
Kanta id-diska: The Shepherd