Illum ser insibu: il-ħrieqi
Naħsbu:
Biex tipproteġih mill-kesħa u t-tingiż tat-tiben, il-Madonna geżwret lill-Bambin ġo ftit ħrieqi.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Kemm kienet tħobbu l-Madonna lill-Bambin Ġesù! Meta ġeżwritu fil-ħrieqi wrietu li tħobbu. Intom kif turu l-imħabba tagħkom?
Talba:
Il-Madonna hija omm Ġesù u hi ommna wkoll, insellmulha u ngħidu s-Salve Reġina (Sliem għalik, Sultana).
Azzjoni:
Ara, li f’xi ħin matul il-ġurnata, tgħid lill-ġenituri tiegħek li tħobbhom.
Diska:
Insibu d-diska: Love like Jesus.