Illum ser npoġġu lil San Ġużepp
Naħsbu:
Fil-Bibbja ftit insibu dwar San Ġużepp. Nafu żgur li kien iħobb ħafna lil Ġesù u kien jieħu ħsiebu u jipproteġih.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Min huma dawk li għandna nipproteġuhom? Bħala ġenituri, kif titkellmu, quddiem it-tfal, dwar tqala mhux mistennija, dwar anzjani dipendenti, dwar l-immigranti? Kif tistgħu tgħallmu lit-tfal li jgħinu u jipproteġu lil min hu vulnerabbli?
Talba:
San Ġużepp ta’ qalb ħelwa u umli, agħmel li qalbi tkun tixbaħ lil tiegħek.
Azzjoni:
Għandkom pets id-dar? Dawn jiddependu fuqkom biex tagħtuhom jieklu u jixorbu. Illum ħu ħsieb il-pets inti.
Diska:
Inkantaw flimkien: Joseph’s song.