Illum ser inħarsu lejn: il-baqra
Naħsbu:
Il-baqra hija annimal kbir u hi b’saħħitha ħafna. Imma ħdejn Ġesù Bambin, narawha kwieta ħdejh biex isaħħnu.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Tkellmu dwar meta ġibtu ruħkom ta’ bully ma’ min kien aktar dgħajjef minnkom. Għalfejn ġibtu ruħkom hekk?
Talba:
Ġesù ħallini nara lill-oħrajn kif tarahom inti. Urini meta nkun se nġib ruħi ħażin, speċjalment ma’ dawk li huma dgħajfa u agħtini l-kuraġġ biex jekk xi ħadd mill-ħbieb tiegħi jkun qiegħed iġib ruħu ta’ bully, jien ma nkomplix miegħu.
Azzjoni:
Illum ara li tobdi mal-ewwel lill-ġenituri u lill-għalliema tiegħek.
Diska:
Isma’ din illum: My best friend.