25-il Jum

25-il Jum

Waslet il-ġurnata li ser npoġġu lil Bambin Ġesù!

Naħsbu:

Wasal il-Milied. “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!

X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?

Il-presepju lest, il-pasturi kollha qegħdin hemm. Lanqas hemm post aktar! Imma Ġesù dejjem għandu post għalik. Jekk ma mortux quddiesa l-bieraħ, illum morru flimkien bħala familja u ltaqgħu ma’ Ġesù.

Talba:

Mulej Alla, grazzi tar-rigal hekk kbira ta’ ibnek Ġesù li sar bniedem bħalna. Grazzi tal-imħabba kbira tiegħek. Ejja Ġesù għix ġewwa qalbi.

Azzjoni:

Il-Milied hija festa tal-imħabba, ara li llum turi biss, imħabba lejn kulħadd!

Diska:

Ilum niċċelebraw billi nkantaw: Born is the King, it’s Christmas.

25. Niżżel it-tpenġija