Illum ser naraw: ix-xabbatur
Naħsbu:
Ix-xabbatur huwa l-pastur li jirrappreżenta raġel jixxabbat viċin tal-grotta biex ikun jista’ jara sew lil Ġesu’ Bambin. Mhux dejjem faċli li tara lil Ġesù, u li titkellem miegħu u toqgħod qrib tiegħu. Xi drabi jkollna nagħmlu sforz imma Ġesù jkun magħna dejjem u jagħtina l-ħin kollu l-għajnuna tiegħu.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Kull darba li niltaqgħu ma’ Ġesù, u nħalluh ikellimna, dejjem jgħidilna xi ħaġa ta’ kuraġġ jew jagħtina xi għajnuna. Tkellmu bejnietkom, u semmu meta ħassejtu li Ġesù għenkom.
Talba:
Ilum il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Ngħidu t-talba tas-Sliema bil-qalb.
Azzjoni:
Għalkemm illum jista’ jkun li hi ġurnata kiesħa, tħalluhiex taqtalkom qalbkom. Morru flimkien għall-quddiesa.
Diska:
Nisimgħu d-diska Hail Mary, gentle woman