Illum ser npoġġu: l-għanqbut.
Naħsbu:
B’mod speċjali meta jkollkom xi mistednin id-dar, taraw li kullimkien ikun nadif. L-għanqbut żgur mhux posthom fil-kmamar fejn tilqgħu lin-nies. Fl-istalla fejn twieled Ġesù x’aktarx kien hemm l-għanqbut ukoll! X’jista’ jkun l-għanqbut fil-qalb tagħna? L-għanqbut huma l-għażliet ħżiena li nagħmlu.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Qabel l-ikla ta’ filgħaxija, tkellmu dwar xi dgħufija li kull persuna jista’ jkollha, bħal per eżempju li tigdeb, li taħli l-ħin, li tissuppervja. Flimkien araw kif tistgħu tgħinu lil dik il-persuna tegħleb dan in-nuqqas.
Talba:
Għażiż Ġesù, jien irrid li l-qalb tiegħi tkun tixbaħ lil tiegħek. Jien insibha diffiċli ħafna li … (semmi dak in-nuqqas li ser tipprova tegħleb). Agħtini l-għajnuna tiegħek, biex sal-Milied, qalbi tkun aktar ippreparata biex tilqgħek.
Azzjoni:
Illum, jew matul din il-ġimgħa mur qerr.
Diska:
Illum ser nkantaw I wanna do right.