Naqraw

Ġwanni 11, 25-26 

 25Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix; 26u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt. Temmnu inti dan?”

Nitolbu

Għażiż Alla, aħna ferħana li Ġesù qam mill-imwiet u jgħix għal dejjem. Hu qalilna li jekk nemmnu fih, aħna wkoll għad ikollna l-ħajja ta’ dejjem miegħu fil-ġenna. Din vera aħbar tajba. Ammen. 

Ngħixu

Ġesù qal li hu “l-qawmien u l-ħajja.” Aħna nafu li Ġesù qam mill-mewt, u wegħdna li aħna wkoll għad inqumu mill-mewt u ngħixu miegħu fil-ġenna. Kemm hi aħbar tajba din! Imma fl-istess ħin, Ġesù jrid li minn issa, aħna ngħixu ħajja tajba u nkunu b’saħħitna. 

Illum insumu mill-ħelu, li ma tantx huma tajbin għas-saħħa u niftakru npoġġu l-flus li bihom konna se nixtru l-ħelu, fil-kaxxa tal-karità. 

Attività