Naqraw

Ġwanni 6, 35 

35Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx.

Nitolbu

Għażiż Alla, grazzi ta’ Ġesù Ibnek, li hu l-Ħobż tal-Ħajja. Aħna nemmnu li permezz tal-Ewkaristija, l-ikel spiritwali tagħna, hu jagħtina r-rigal tal-ħajja ta’ dejjem.  Hu jagħtina l-ħajja ta’ dejjem miegħek. Ammen. 

Ngħixu

Ġesù qal, “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja.” Ġesù tana rigal kbir, l-Ewkaristija.  

Illum nirċievu dan ir-rigal kbir tat-tqarbin. Ejjew nagħtu mill-ħin tagħna u mmorru l-quddies. Dawk li għadhom żgħar u ma jitqarbnux, jgħidu lil Ġesù li jħobbuh u li jixtiequ ħafna li jirċevuh fit-tqarbin. 

Attività