Hello tfal
Kultant, fl-aħbarijiet, nisimgħu dwar pajjiżi fejn hemm il-gwerra u l-vjolenza u nirrealizzaw li hemm ħafna nies fid-dinja li qegħdin ibatu. Kif tħossok meta tisma’ dan? Għaliex għandhom imutu tant nies innoċenti? Għaliex hawn tant nies bla ħtija li jgħixu kuljum fil-biża’ u t-terrur?
Fl-1940, meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, kien hemm tfajla ta’ nisel Lhudi li kienet tgħix il-Ġermanja. Kien jisimha Anne Frank u kellha biss tlettax -il sena. Anne Frank, bħalna, ukoll ħassitha xxukkjata u mnikkta minħabba li miljuni ta’ Lhud, uħud minnhom familjari, ħbieb u ġirien tagħha, kienu qed jiġu maqfulin il-ħabs u maqtula. Anne Frank ukoll spiċċat vittma ta’ dan il-qtil bla qalb u hi waħda mis-sitt miljun Lhudi u Lhudija li nqatlu fil-massakru msejjaħ Shoah.
Madankollu llum, Anne hija simbolu ta’ għaqda għan-nies tan-nazzjonijiet kollha, irrispettivament mir-razza, is-sess u r-reliġjon. Il-messaġġi tagħha għat-tama u l-ġlieda għal-libertà huma mfakkra għal dejjem fid-djarju famuż tagħha, li fih tħeġġiġna niġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, il-gwerra, il-preġudizzji u l-oppressjoni fid-dinja llum.
Bye bye!! Il-Paċi magħkom!