Merħba tfal kif intom? Ħudu ħsieb!
Illum ergajna iltqajna biex nagħmlu Prayer Space oħra u l-prayer space tallum jisimgħa Ġnien il-Paċi.
Għal din il-prayer space għandna bżonn
U li ħa nagħmlu huwa, ħa naħsbu ftit aħna meta nħossuna fil-paċi jew inkella kif il-paċi tista’ sseħħ jew inkella kif jiena nista’ nkun mezz biex inġib il-paċi.
Għalhekk ħa naħseb ftit, ħa ngħalaq ftit għajnejja u ħa nitlob ftit għal paċi fid-dinja jew fil-familji tagħna jew fil-ħbieb/ħabib tiegħi.
F’dan il-ħin ħa nġib biro u ħa nġib karta min dawn u ħa nikteb ftit jiena fejn nixtieq li jkun hemm il-paċi. Ħa nikteb fejn nixtieq il-paċi sseħħ fuq kull petala illi għandi fuq din il-fjura. Pereżempju nixtieq li jkun hemm il-paċi fid-dinja, mela ħa nikteb – dinja u nista’ npinġi wkoll il-forma tad-dinja u ħa nikteb dinja.
Nixtieq wkoll li jkun hemm il-paċi fil-familja u ħa nikteb familja.
Nixtieq wkoll li jkun hemm il-paċi mal-ħbieb għalhekk ħa npinġi ftit il-ħbieb issa ħa npinġi ftit ħbieb.
Issa jien ħa nistedinkom biex intom wkoll tagħmlu hekk, ħa taħsbu ftit fejn tixtiequ jkun hemm il-paċi u ħa titolbu ftit biex din il-paċi tant mixtieqa iseħħ wkoll.
Issa ħa naqbdu injama min dawn hekk, ħa nġib il-glue stick, ħa nagħmel ftit glue stick hawnhekk u inwaħħal il-fjura tiegħi ma l-injama umbagħad ħa ndur hawn hekk, għandi pjanta u din ħa niżra’ hekk, fil-pjanta- f’din il-qasrija.
Kull darba li nara din il-qasrija ħa niftakar u nkompli nitlob lil Alla jgħina biex insibu l-paċi fejn il-paċi m’hemmx, nitolbu għal paċi fid-dinja, għall-paċi fil-familji tagħna u għal paċi bejnietna.
Nittama li tgħamluha din il-Prayer Space u tieħdu ġost timlew il-pjanta tagħkom b’ħafna talb għal paċi.
Saħħa tfal. Niltaqgħu darb’oħra nerġgħu ta ħa nagħmlu Prayer Space oħra.