Il-kelma Epifanija tfisser manifestazzjoni/rivelazzjoni. Fil-fatt f’din il-festa, niċċelebraw meta Ġesù rrivela lilu nnifsu bħala s-Salvatur tad-dinja u mhux salvatur ta’ sezzjoni waħda ta’ nies. Aktar tard fl-evanġelji nsibu ‘Epifaniji’ oħra, bħall-magħmudija ta’ Ġesù, fejn leħen Alla l-Missier juri li Ġesù huwa l-iben tiegħu u t-tieġ ta’ Kana, fejn Ġesù jagħtina l-ewwel sinjal, l-ewwel miraklu. Itolbu Salm 72, dwar is-Saltna tal-Messija. |