Bħal San Ġwann il-Battista, l-Knisja matul dan l-Avvent qed tfakkarna biex;
‘Nipreparaw it-triq għall-Mulej,’
Tajjeb li nħarsu ħarsa lejna nfusna u naraw x’qed jimblokka t-triq li twassalna għall-Imħabba ta’ Alla. Irridu naraw liema drawwiet ħżiena u dnubiet li aħna qed nagħmlu u għalhekk qed jimbblukkaw it-triq.
Mod kif nistgħu inħejju it-triq huwa billi nitolbu maħfra lil Ġesù u anke nqerru d-dnubiet tagħna. Meta triq tkun vojta u mingħajr ħażen inkunu nistgħu naraw l-preżenza u l-imħabba li Ġesù għandu għalina.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha – Ħejju t-Triq u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex taħseb dwar id-drawwiet ħżiena u d-dnubiet li qed jħarbtu t-triq li turik kemm Alla jħobbok.
Fuq il-biċċiet tal-karti żagħar ikteb jew pinġi dawn id-drawwiet ħżiena jew dnubiet li qed jfixkluk. Agħffeġ dawn il-karti u poġġihom fuq il-karta b’forma ta’ passaġġ.
Issa waqt li tħares lejn dawn l-ostakli itlob lil Alla biex jgħinek tipprepara it-triq sabiex tkun tista’ tgħix l-imħabba li għandu lejk il-ħin kollu.
Pawza miġburin fit-talb.
Fl-aħħarnett waqt li tneħħi l-karti magħfġin minn fuq il-karta b’forma ta’ passaġġ aħseb u pjana biex tersq lejn is-sagrament tal-qrar sabiex tkun qed tħejji t-triq għall-Mulej bl-aħjar mod.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.