Hello tfal,
Kif tħossukom meta taraw xi fjura sabiħa, xi qasrija jew xi siġra tħaddar? Kultant ma nsibux il-kliem biex nesprimu dak li nħossu.. L-arti u l-krafts jgħinuna nużaw l-immaġinazzjoni tagħna biex nesprimu l-ħsibijiet, il-ħolm, ix-xewqat u l-emozzjonijiet tagħna b’mod kreattiv u mingħajr ma jkollna għalfejn niktbu jew nitkellmu. Biex nesprimu ruħna artistikament, nużaw idejna, imma hawn persuni li kapaċi joħolqu l-arti b’saqajhom jew b’ħalqhom. Meta nikkomunikaw bl-arti, inħossuna ferħanin għax noħolqu affarijiet sbieħ u naqsmuhom mal-oħrajn.
Dan l-ispazju ta’ talb jismu Idejn Kreattivi
Għandek bżonn:
- Platt tal-karti (jew paletta biex tħallat il-kuluri)
- Żebgħa tal-krafts (poster, acrylic jew water)
- Qasrija, fjuri,weraq, prinjoli, ċagħak jew ġebel żgħir (oġġetti naturali li ssibhom mal-art fil-kampanja jew jekk tixtieq ipprinta t-template bil-form tal-weraq u l-fjuri)
- Kartonċina bajda
Istruzzjonijiet:
- Irrilassa u ħu nifs ‘il ġewwa u ‘l barra. Immaġina xi fjura sabiħa, xena fil-kampanja, xi veduta tal-għelieqi jew muntanji.
- Esprimi l-ferħ u dak kollu li tħoss meta tara s-sbuħija tan-natura billi tbill l-oġġetti (fjuri,weraq, prinjoli, ċagħak jew ġebel żgħir) fiż-żebgħa u toħloq disinn kreattiv. (jew jekk tixtieq tista’ anki toħloq xi krafts li jispirawk tagħmel dawn l-oġġetti naturali.)
- Għid, ikteb jew pinġi talba ta’ gratitudni għan-natura li tferrħek bis-sbuħija tagħha.
- Ħares lejn idejk. Ftakar li hawn persuni li ma jistgħux jużaw idejhom. Għid talba ta’ gratitudni għat-tajjeb kollu li kapaċi tagħmel b’idejk.