Ħelow Tfal!
Kemm-il darba jiġu ġranet fejn ikollna ħafna attivitajiet wara xulxin, u nibdew ninkwetaw li mhux se nlaħħqu nagħmlu kollox. Immorru l-skola, mbagħad lezzjonijiet tal-mużika, wara nipprattikaw xi sport, imbagħad moħħna li irridu nlestu l-homework tal-iskola, irridu naraw xi programm fuq it-televiżjoni, nieklu, nilgħabu ftit. U minn ħaġa għall-oħra u ma nsibux ħin li nikkalmaw ftit. Bħad-dixxipli tal-Vanġelu tal-lum moħħna jkun biss fil-maltemp u nibdew nippankijaw. Ninsew li m’aħniex waħedna. Imma meta niftakru li Ġesù qiegħed magħna taqa’ fina kalma kbira u lanqas nintebħu li dak li nkunu xtaqna nagħmlu, inkunu għamilnieh!
Il-Prayer Space tal-lum jisimha:
Ikkalma Ftit
Għaliha għandna bżonn:
Agħti l-kulur lill-mudell tal-baħar, il-maltemp u x-xemx filwaqt li taħseb fuq xi ħaġa li tqanqal biża’ fik.
Fuq id-dgħajsa ikteb x’inhi din il-biża’ u waħħal il-popsicle stick mad-dgħajsa. Agħmel qasma għat-tul, fil-mudell tal-baħar fil-baħar u għaddi d-dgħajsa (il-biża’ tiegħek), mill-maltemp għax-xemx (għal għand Ġesù).
Għid talba żgħira biex Ġesù isaħħaħlek il-fidi fih.
Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!