Ħelow Tfal!
Ġieli kont qed tara it-televixin u ġew quddiemek filmati juru tfal bħalek neqsin mill-ikel u jsofru l-ġuħ? Jew ġieli smajt stejjer ta’ tfal li jixtiequ jmorru l-iskola imma minħabba nuqqas ta’ flus ma jistawx?
Għal Jum il-Karità ser nkunu qegħdin niċċaħdu ftit matul il-ġimgħa u mill-ħafna li għandna, ngħinu lill-oħrajn.
Il-prayer space tal-lum jisimha Ikla iżgħar għall-qalb ikbar.
Għaliha għandna bżonn karta vojta u xi ħaġa biex tikteb – lapes, pinna jew kuluri.
Aqsam il-karta minn nofs, imbagħad agħmel seba’ linji mimdudin. Ikteb is-seba’ ġranet tal-ġimgħa fuq ix-xellug u weħħel l-karta x’imkien fejn tara l-familja kollha.
Spjega lill-familja li matul l-ġimgħa kulħadd għandu jiċċaħħad minn xi ħaġa tal-ikel, bħal deżerta, jew tieklu iżjed sempliċi mis-soltu, jew xi ċikkulata inqas.
Ma’ kull jum li jgħaddi mmarka l-jum u poġġu l-flus li tkunu frankjatu f’bott jew karus. Fl-aħħar tal-ġimgħa bħala familja għoddu l-flus u iġbruhom ġewwa envelop biex f’ Jum il-Missjoni dawn jingħataw lill-Uffiċju Missjunarju li l-għan tiegħu huwa li jgħin lil dawk inqas ixxurtjati minna f’pajjiżi fqar.
Matul din il-ġimgħa ta’ kuljum għid talba għal bżonnijiet ta’ dawn li huma neqsin mill-bżonnijiet ta’ kuljum u itlob għan-nies madwar id-dinja biex niftħu iżjed qalbna għall-bżonnijiet ta’ xulxin.
Saħħa ħbieb! Sakemm nerġgħu niltaqgħu.