Hello tfal!
Kif intom?
Minjaf kemm-il darba nkunu qed nagħmlu xi homework jew xi biċċa xogħol u f’daqqa waħda jaqbadna l-ġuħ. Imbagħad ara sejrin fil-kċina biex nieklu jew innaqru xi ħaġa. Imma nsibu l-bieb tal-kċina magħluq.
Kieku x’tagħmel, tiftħu l-bieb jew tħalliħ magħluq? Jekk tiftħu tidħol u tiekol dik ix-xi ħaġa tajba, imma jekk tiddeċiedi li ma tiftħux u tibqa’ barra ma ttiegħemx dik ix-xi ħaġa tajba!
Ġesù iqabbel lilu innifsu mal-bieb tal-maqjel u bħalma n-nagħaġ iridu jgħaddu mil-bieb biex jidħlu fejn imexxiehom ir-ragħaj, hekk aħna wkoll irridu niltaqgħu ma’ Ġesù biex naslu għand Alla missierna.
Il-Prayer Space li se nagħmlu flimkien li jisimha: Il-Bieb u n-Ngħaġa
Għandna bżonn:
Fuq il-mudell tan-nagħġa ikteb ismek, u fuq il-mudell tal-bieb ikteb, ‘’Ġesu huwa l-bieb li jwassalni għand Alla’’ Jekk trid fuq il-bieb tista’ tikteb isem ta’ bniedem li fil-ħajja tiegħek huwa mudell għalik.
Se tiftaħ l-bieb b’idejk u ħa tgħaddi n-nagħġa minnu. Waqt li tkun qed tagħmel dan, itlob biex Alla jgħinek tkun persuna li tħobb u tieħu ħsieb lil ta’ madwarek. Waħħal in-nagħġa mal-bieb u jekk trid waħħalhom fuq kartonċina. Poġġiha ħdejn il-bieb tal-kċina biex tiftakar tħobb lil kulħadd.
Ċaw tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!