Helow tfal,
Qatt rajt lil xi ħadd jitgħammed? Forsi tad-dar jirrakuntawlek x’ġara dak inhar meta inti sirt parti mill-familja ta’ Alla. Ġesù ukoll tgħammed! Dakinhar l-Ispirtu s-Santu niżel fuq Ġesù biex jibqa’ dejjem miegħu u Alla l-Missier wera min kien Ġesù meta qal; “Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi”. Kif inħossni jekk nisma’ lil Alla jgħid li hu kuntent bija?