Il-Mixja tar-Randan

2025

Attività

  1. Agħmel printout ta’ din il-paġna
  2. Waħħal din il-printout fuq biċċa jablo (polystyrene)​
  3. Agħmel printout tal-erba’ stampi li ssib hawn isfel fuq kartonċina, jew waħħal il-printout fuq kartonċina u aqta’ max-xifel tal-kaxxa ta’ kull stampa​
  4. Waħħal kebab stick ma’ wara ta’ kull stampa. Ħalli biżżejjed tul biex l-istampa tkun tista’ tidħol fil-jablo.​
  5. Erfa’ l-istampi ta’ Ġesù msallab, id-difna ta’ Ġesù u Ġesù mqajjem mill-mewt​
  6. Ibda minn Ras ir-Randan. Bil-ponta tal-kebab stick agħmel toqba fl-ewwel ċirku (Ras ir-Randan) u ħalli l-istampa ta’ Ġesù bis-salib f’dan iċ-ċirku matul il-ġurnata ta’ Ras ir-Randan. L-għada bil-ponta tal-kebab stick għamel toqba fiċ-ċirku li jmiss u mexxi lil Ġesù bis-salib. Ibqa’ għamel hekk sakemm tasal fil-Ġimgħa l-Kbira. Dak in-nhar uża l-istampa ta’ Ġesù msallab. L-għada s-Sibt uża l-istampa tad-difna ta’ Ġesù u fl-Għid uża l-istampa ta’ Kristu Rxoxt.