Naqraw

Mattew 13, 47-50 

47“Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. 48Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin. 49Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, 50u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien

Nitolbu

Għażiż Alla, ħafna ħut differenti inqabdu fix-xibka. Għinna nifhmu lil dawk li huma differenti minna. Nitolbu għat-tfal li jgħixu f’pajjiżi oħra u li ma għandhomx biżżejjed ikel jew dar fejn joqgħodu. Ammen. 

Ngħixu

Fix-xibka inqabdu ħafna ħut differenti. Mhux kulħadd hu l-istess. Aħna lkoll differenti. Jekk naħsbu ftit, nindunaw li aħna xxurtjati aktar minn oħrajn ukoll. Għandna dar fejn noqgħodu, nies li jħobbuna, imorru l-iskola u nitgħallmu affarijiet ġodda, nilbsu ħwejjeġ biex ma nħossux bard, għandna ikel u xorb biex nibqgħu b’saħħitna. Hawn oħrajn li m’humiex daqshekk ixxurtjati. 

Illum nagħtu flus għall-karità. 

Attività