Ilsien Pajjiżi

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nipproteġu lill-pajjiżna

Hello tfal

Il-Jum Internazzjonali tal-Lingwi Nattivi  jiġi ċċelebrat madwar id-dinja kollha fil-21 ta’ Frar biex insiru konxji mid-differenzi lingwistiċi u kulturali madwar id-dinja. Meta jkun hemm xi lingwa li ma tintużax tista’ tispiċċa u tiġi minsija. Dan ikun ifisser li ħafna tfal u żgħażagħ ma jkunux jistgħu jitgħallmu jitkellmu, jaqraw u jiktbu bil-lingwa tagħhom. Għalhekk huwa importanti li napprezzaw ilsien pajjiżna u li nitkellmu u nistudjaw il-lingwa tagħna. Meta nkantaw l-Innu Malti, miktub mill-Poeta Nazzjonali tagħna Dun Karm Psaila, inkunu qed nużaw il-Malti biex nitolbu għal pajjiżna.

Din ir-rokna ta’ talb jisimha Ilsien Pajjiżi.

Għandek bżonn:

  • Lapes jew pinna 
  • kuluri
  • Poster 1 bil-versi tal-Innu Malti 
  • karta vojta
  • Il-poster numru 2 bl-istampi

Instruzzjonijiet:

  • Aqra l-Innu Malti minn poster 1 u agħżel vers li jolqtok.
  • Ħarel lejn l-istampi fuq poster 2. Aħseb fuqhiex tfakkrek kull stampa.
  • Fuq template 1 (jew fuq karta vojta) pinġi l-bandiera Maltija bil-kulur u ikteb it-talba/poeżija tiegħek għal Malta.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.