Ħelow tfal!
Fir-raba’ ħadd tal-Avvent ser nerġgħu mmorru ħdejn il-girlanda u ser nixgħelu x-xemgħa li tirrapreżenta l-imħabba. Il-festa tal-Milied hija ċelebrazzjoni tal-ikbar imħabba li Alla wera fid-dinja meta bagħat fostna lil Ġesù. U għalhekk dan huwa l-aħħar Ħadd li fih nippreparaw il-qalb tagħna biex nerġgħu niftakru u niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù Bambin.
Nixgħelu x-xemgħa flimkien:
L-imħabba hija azzjoni u mhux xi ħaġa li nħossu. Din l-imħabba nistgħu nuruha ma’ kulħadd, anke ma’ dawk li ma nafux. Aħseb ftit f’xi azzjoni sabiħa li xi ħadd għamel miegħek.
Ejjew inkantaw flimkien: L O V E, Love
Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu.