Ir-raba’ jum tal-Milied

It-12-il Jum tal-Milied

Fir-raba’ jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…erba’ għasafar (On the Fourth day of Christmas my true love gave to me… four calling birds)

L-erba’ għasafar huma l-erba’ Evanġelji miktuba minn Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni. Dawn insibuhom fit-Testment il-Ġdid, u jirrakuntaw il-ħajja ta’ Ġesù mit-twelid, sal-mewt u l-qawmien, jgħidulna Ġesù x’qal u x’għamel. Għidulna dwar is-Saltna ta’ Alla.

Talba

Mulej Ġesù, mexxini f’dan il-jum. Ħallini naħseb dwar il-ħniena kbira tiegħek, biex tgħinni nagħmel kollox b’imħabba. Ammen.

Nagħmlu

Aqra dwar wieħed mill-mirakli li għamel Ġesù. L-ewwel miraklu li għamel kien f’tieġ f’Kana, tista’ taqra dwar dan fl-Evanġelju skont San Ġwann (Ġwanni 2, 1-12)

Nagħtu l-kulur