Is-Seba’ jum tal-Milied

It-12-il Jum tal-Milied

Fis-seba’ jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…seba’ ċinji jgħumu (On the seventh day of Christmas my true love gave to me… seven swans a swimming)

Dawn is-seba’ ċinji jirrappreżentaw is-seba’ doni tal-Ispirtu s-Santu. Dawn is-seba’ doni jissemmew fil-ktieb tal-profeta Iżaija 11, 2. L-Ispirtu s-Santu jagħtina dawn id-doni fil-Griżma tal-Isqof. Dawn huma għerf, fehma, kunsill (għaqal), qawwa, xjenza, pjetà, u biża ta’ Alla. Ifakkruna wkoll fis-seba’ sagramenti, magħmudija, griżma tal-Isqof, qrar, tqarbin, dilka tal-morda, ordni sagri u żwieġ. Dawn ir-rigali kollha huma ta’ għajnuna għalina, minn meta nitwieldu sakemm imutu.

Talba

Għażiż Alla, illum l-aħħar tas-sena, nirringrazzjawk waqt li niftakru fil-barkiet kollha li rċevejna matul din is-sena, niftakru wkoll fl-isfidi li ltajna magħhom. Grazzi li inti dejjem qiegħed magħna. Ammen.

Nagħmlu

Għamlu kartolina ta’ ringrazzjament lil Alla. Fuqha iktbu dak kollu li tixtiequ tirringrazzjawh. Poġġu din il-kartolina ħdejn il-presepju jew ħdejn Ġesù Bambin.

Nagħtu l-kulur