Fis-sitt jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…sitt wiżż ibidu l-bajd (On the sixth day of Christmas my true love gave to me… six geese a laying)
Dawn is-sitt wiżż jirrappreżentaw is-sitt jiem fejn Alla ħalaq kollox. Fil-Ġenesi naqraw l-istorja tal-ħolqien, naqraw kif Alla ħalaq l-univers f’sitt ijiem u strah fis-seba’ jum.
Talba
Mulej, nirringrazzjawk tal-ġmiel tal-ħolqien. Għinna biex nieħdu ħsieb ta’ dan ir-rigal kbir billi nieħdu ħsieb l-ambjent u ma nħammġux. Ammen.
Nagħmlu
Intom tafu li meta naħlu l-ilma u l-elettriku nkunu qed nagħmlu ħsara lill-ambjent? Papa Franġisku kiteb ittra lilna lkoll u jistaqsina biex nieħdu ħsieb il-ħolqien. Din l-ittra jisimha Laudato Si (Għożża tad-dar komuni). Araw dan il-video biex titgħallmu aktar dwarha.
Nagħtu l-kulur