Isien Pajjiżi

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-paċi

Kull sena niċċelebraw nhar il-21 ta’ Frar, il-Jum Internazzjonali tal-Lingwi Nattivi biex insiru konxji ta’ kemm huwa importanti li nitgħallmu, nużaw u nistudjaw ilsien pajjiżna. Issa se nirriflettu fuq il-lirika tal-Innu Nazzjonali tagħna u niktbu t-talba tagħna stess għal Malta bil-Malti.

  • Minn poster numru 1, agħżel vers mill-Innu Nazzjonali Malti li jispirak.
  • Ħares lejn l-istampi fuq poster 2. X’jiġik f’moħħok meta tħares lejn kull stampa?
  • Agħti l-kulur lill-bandiera jew pinġi bandiera inti fuq il-karta vojta u ikteb il-poeżija jew it-talba tiegħek għal Malta bil-Malti taħt il-bandiera.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.