It-tielet jum tal-Milied

It-12-il Jum tal-Milied

Fit-tielet jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…tliet tiġiġiet (On the third day of Christmas my true gave to me… three french hens)

Dan ir-rigal ta’ tliet tiġiġiet jirrappreżentaw l-Virtujiet Teoloġiċi, li huma l-fidi, it-tama u l-imħabba. San Pawl jitkellem dwarhom fl-ewwel ittra lill-Korintin (1 Kor 13, 13) u jgħid li l-akbar waħda minnhom hija l-imħabba. Dawn it-tiġiġiet sbieħ (il-French Hens huma razza ta’ tiġieġ sbieħ) ifakkruna wkoll fit-tliet rigali li l-Għorrief taw lil Bambin Ġesù: id-deheb, inċens u mirra.

Talba

Bħala att ta’ mħabba, Mulej, nitolbok tmexxini u tipproteġini f’dak kollu li nagħmel u ngħid matul din il-ġimgħa. Ammen.

Nagħmlu

Matul din il-ġimgħa, kuljum għid lil xi ħadd li hu qrib tiegħek li tħobbu/tħobbha u rringrazzjhom ta’ dak li jagħmlu għalik.

Nagħtu l-kulur