Hello Tfal! Kif intom?
Fis-sena 1994 in-Nazzjonijiet Uniti bdew jiċċelebraw il-jum internazzjonali tal-familji diversi fil-15 ta’ Mejju. Għalhekk tfal matul il-ġurnata tal-lum se naħsbu fil-membri tal-familji tagħna, f’dawk li jgħixu magħna. Ejjew niftakru f’xi esperjenzi sbieħ li kellna flimkien….eż xi picnic, xi ikla fid-dar jew xi restorant, xi mixja sabiħa, xi vaganza….żgur li għaddejna minn xi esperjenza simili. Il-Prayer Space tal-lum jisimha:
Kikkra Te
Għandna bżonn:
Aqta’ mudell ta’ kikkra u plattina għal kull membru tal-familja. Fuq kull kikkra ikteb isem kull membru tal-familja/persuni li tgħix magħhom jew jekk trid pinġi il-kikkri u t-teapot freehand fuq il-karta l-bajda. Jekk trid tista’ wkoll tpinġi l-kikkri bil-kulur. Waqt li qed tagħmel dan aħseb fil-membri tal-familja tiegħek/dawk li tgħix magħhom. Imbagħad jekk tixtieq waħħal il-kikkri u t-teapot fuq il-kartonċina/karta u ikteb:“Grazzi Mulej tal-familja tiegħi.” Uri dak li għamilt lil membri tal-familja tiegħek u waħħalha f’post fejn jista’ jaraha kulħadd.
Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!