Kun preparat

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-miżżewġin

Ġesù darba rrakkonta storja ta’ tieġ li fih l-għarus dam ħafna biex mar għall-għarusa ħalli jeħodha d-dar tiegħu kif kienet id-drawwa. Kien hemm għaxar bridesmaids li kellhom musbieħ wieħed – biex jilqħgħu lill-għarus. Ħames bridesmaids ġew preparati biex jekk l-għarus idum jkollhom dak li kien meħtieġ filwaqt li l-ħamsa l-oħra kienu traskurati u ma kinux ippreparati tant li meta l-għarus dam u dalam kellhom joħorġu ta’ malajr jsibu bejjiegħ taż-żejt biex jimlew l-imsiebaħ tagħhom biex jkollhom id-dawl.

Alla huwa l-għarus li aħna kollha qed nistennew.  Jiġi għadna u jsejjħilna bosta drabi matul il-ħajja tagħna biex inħobbu imma għad ukoll jiġi u jsejjħilna biex morru fil-Ġenna ħdejh.  Kemm aħna ppreparati biex nilqgħu lil Alla  f’kull mument ta’ ħajjitna? 

Aħna bħal ħames bridesmaids li kienu lesti u preparati jew bħal ħamsa l-oħra li kienu traskurati u ħadu kollox for granted?  Nistgħu nippreparaw ruħna b’ ħafna modi fosthom billi nżommu relazzjoni ma’ Alla permezz tat-talb u jkollna ħin fejn nisimgħu u naħsbu dwar dak li jgħidilna speċjalment waqt il-qari tal-quddies.

l-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha –  Kun preparat  u għaliha għandna bżonn:

  • Charger tal-mobile jew karta b’forma ta’ charger
  • Biċċa karta żgħira
  • Sticky tape
  • Biro jew  markers

Ibda billi tieħu ftit ħin sabiex taħseb jekk intix lest biex tilqa’ lil Alla jew le.

Pawza 


Fuq biċċa karta żgħira ikteb il- kliem ‘Kun Ippreparat’ u weħħel din il- karta bl-isticky tape mac-charger.  Jekk m’għandekx charger tista’ tikteb il-kliem ‘Kun Ippreparat’ fuq il- karta b’ forma ta’ charger.  Waqt li tkun qed tagħmel dan ħu ftit ħin biex taħseb f’ affarijiet li tista’ tagħmel biex tiċċarġja lilek innifsek u tkun ippreparat għal Alla.  Tista’ titlob lil Alla biex jigwidak ħalli tħejji lilek innifsek għalih.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.