Fl-ewwel jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani …perniċi f’siġra tal-lanġas (On the first day of Christmas, my true love gave to me… a partridge in a pear tree)
Matul kull jum tal-Milied, dan l-innu jirreferi għall-“maħbub vera,” dan hu Alla nnifsu li jagħti rigali lil kull imgħammed (aħna). L-ewwel rigal huwa “perniċi f’siġra tal-lanġas.” Tafu x’inhu perniċi (partridge)? Dan huwa għasfur li jipproteġi liż-żgħar tiegħu fil-bejta, billi jagħmel ta’ bir-ruħu li hu ferut. L-omm lesta li tagħti ħajjitha għaż-żgħar tagħha! Il-perniċi jirreferi għal Ġesù, li bħal dan l-għasfur hu kien lest li jagħti ħajtu għalina, fuq salib.
Talba
Hekk kif qegħdin nagħtu r-rigali u niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù, nitolbu għall-ħbieb u għall-familja tagħna, biex jagħrfu l-imħabba ta’ Alla. Ammen.
Nagħmlu
Intom għandkom kurċifiss fil-kamra tagħkom? Jekk ma għandkomx, staqsu lill-ġenituri tagħkom biex jixtrulkom wieħed, inkella għamlu wieħed intom stess.
Nagħti l-kulur
Insert template