Naqraw
Luqa 21, 1-4
1Rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. 2U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, 3u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll.4Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix.”
Nitolbu
Għażiż Alla, dak kollu li għandna, ġej mill-imħabba kbira tiegħek. Għinni nroddlok lura b’qalb ferħana. Ammen.
Ngħixu
L-armla tat dak kollu li kellha. Ġesù mhux qed jistenna li aħna nagħtuh kulma għandna, iżda jistenna li aħna nagħtu minn dak li għandna u naqsmu dak li għandna mal-oħrajn.
Illum agħti flus għall-karità; tista’ tagħti xi logħba favorita li għandek lill-tfal fil-bżonn?
Attività