Ħelow tfal!
Matul it-tieni ħadd tal-Avvent, ser nerġgħu mmorru ħdejn il-girlanda li għamilna l-ġimgħa l-oħra u ser nixgħelu it-tieni xemgħa. Waqt li nagħmlu dan se naħsbu ftit dwar il-paċi. It-tieni xemgħa tirrapreżenta l-paċi.
Waqt li qed nixgħelu x-xemgħa ejjew naħsbu b’liema modi nistgħu nġibu l-paċi kull fejn inkunu – fil-familja, l-iskola u mal-ħbieb.
Nixgħelu flimkien it-tieni xemgħa.
Ejjew inkantaw flimkien:
Kinder: J-E-S-U-S | BF KIDS | Sunday School songs for kids | bible songs for children | bible songs for kids
Early Years: The Advent Song
Primary: Emmanuel – Advent Song for kids #christmas #sundayschool #advent #kids
Middle: Advent Song for Children (feat. Jonny Rodgers)
Secondary: waiting Advent
Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!