Magħżulin u maħbubin

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-imħabba ta' Alla

Kif ħassejtek meta xi ħadd għażlek u kien kuntent bik? Alla l-Missier wera lil Ġesù, fil-magħmudija tiegħu, li hu kien qed jafdah b’missjoni speċjali li juri li Alla jħobb lil kulħadd. Alla l-Missier kien kuntent b’Ġesù u qal: “Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.”

  • Aħseb f’esperjenza f’ħajtek fejn Alla urik li jħobbok.
  • Ikteb jew pinġi din l-esperjenza fil-waqt li tirringrazzja lil Alla talli hu kontinwament miegħek.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.