Ħelow tfal!
Tiftakar meta għamilt l-Ewwel Tqarbina? Liema kien l-iktar mument importanti għalik matul din il-ġurnata speċjali? X’ħassejt meta mxejt lejn l-artal u rċevejt għall-ewwel darba lil Ġesu’ f’qalbek? Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija ntellgħu l-offerti tal-ħobż u l-inbid lis-saċerdot flimkien ma’ dak li għandna. Ftit wara fil-konsagrazzjoni, dan jibdilhom fil-ġisem u d-demm ta’ Ġesu’. Dak il-ħin nerġgħu niftakru x’għamel Ġesu’ għalina: tana Ġismu u Demmu.
Il-prayer space li se nagħmlu llum ma’ dawk li jgħixu magħna, jisimha: Memorja Għal Dejjem.
Għandna bżonn:
Aqbad ir-ritratt ta’ meta għamilt l-Ewwel Tqarbina u ħares ftit lejh fis-skiet.
Fuq il-karta żgħira ikteb dak li ħassejt f’dak il-mument li fih inti lqajt lil Ġesu’. Malli tlesti itwi l-karta.
Aqta’ mudell tal-Ewkaristija (ċirku) mill-karta jew kartonċina l-bajda u mudell tal-kalċi mill-karta jew il-kartonċina s-safra. Waħħalhom flimkien, u fuq in-naħa ta’ fuq tal-kalċi waħħal il-karta mitwija fejn ktibt kif ħassejtek.
Offrieha lil Ġesu’ billi tqatta’ ftit ħin fis-skiet quddiem Ġesu’ Ewkaristija (anke b’mod virtwali), jew quddiem xbieha tal-kurċifiss, quddiem ikona, jew anke f’xi post jew rokna li tfakkrek f’xi avveniment mill-ħajja ta’ Ġesu’.
Pawża fil-kwiet miġburin fit-talb
Jekk tixtieq li taqsam it-talba tiegħek mal-oħrajn, ibgħatilna ritratt tat-talba b’email.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu u jekk dal-mument ta’ talb għoġbok, għamel like u subscribe.